Yet another weekend of instability for the Maltese Islands, as a low pressure system of north African origin will be moving across the central Mediterranean over the next 48 hours or so. This low pressure system will be affecting us in several ways. An extensive mass of grey cloud will cover the sky on Saturday 25/05 and Sunday 26/05. A few isolated showers are likely, and may occur at any time this weekend. Despite this, the greatest chance of rain is highest early and late on Sunday 26/05. It may be thundery at times too. Total rainfall can reach 7.5 mm in the wettest localities, but being very isolated, some parts of the Maltese Islands may remain completely dry. One cannot tell where the rain will affect though. Any rainfall will deposit an abundant amount of fine desert sand. Another effect of this low pressure system should be a strong wind from the East Southeast. The wind will increase gradually on Saturday 25/05, and will reach Force 5/6 to 6/7 from early afternoon on Saturday 25/05 till late morning on Sunday 26/05. The air will be a bit hazy at times due to airborne fine desert sand. The meteorological situation will improve greatly on Monday 26/05, despite several days with strong winds next week.
Tmiem il-ġimgħa ta’ instabilta’ ieħor għal Gżejjer Maltin, minħabba sistema ta’ pressjoni baxxa minn fuq it-tramuntana ta’ l-Afrika li se tgħaddi fuq iċ-ċentru tal-Mediterran matul it-48 siegħa li ġejja. Din is-sistema ta’ pressjoni baxxa se taffetwana f’diversi modi. Is-sema se jkun mgħotti b’massa estensiva ta’ sħab griż nhar is-Sibt 25/05 u l-Ħadd 26/05. Xi ftit ħalbiet iżolati tax-xita għandhom jaħkmuna, u se jkunu qed imissuna minn ħin għal ieħor matul tmiem il-ġimgħa. Iċ-ċans ta’ xita se jkun l-ogħla kmieni u tard nhar il-Ħadd 26/05. Tista tkun bir-ragħad ukoll minn ħin għal ieħor. It-total ta’ xita jista jilħaq is-7.5 mm fl-aktar lokalitajiet milquta, imma peress li se tkun iżolata ħafna, xi nħawi tal-Gżejjer Maltin jistgħu jibqgħu nexfin għal kollox. Ma tistax tgħid eżatt fejn se tmiss din ix-xita. Ix-xita se tkun tal-ħamrija. Effett ieħor ta’ din il-pressjoni baxxa se jkun riħ qawwi mix-Xlokk il-Lvant. Ir-riħ se jkun qed iżid bilmod matul is-Sibt 25/05, u se jilħaq Forza 5/6 għal 6/7 minn kmieni wara nofsinhar tas-Sibt 25/05 u tard filgħodu tal-Ħadd 26/05. L-arja se tkun imdaħħna kultant minħabba trab fin fl-arja. Is-sitwazzjoni tat-temp se taqleb għal aħjar it-Tnejn 26/05, minkejja li se jkollna numru ta’ ġranet b’riħ qawwi matul il-ġimgħa li ġejja.
0 comments
Write a comment