ENGLISH/INGLIŻ
Latest maps reveal that instable weather is likely to continue till at least the end of this week, as successive areas of low pressure will be moving across the central Mediterranean. Though nothing too intense is expected, we’re dedicating an update to describe exactly what we’re expecting the weather to be like in the coming days. Till Sunday 13/12, it’s likely we’ll get at least one isolated shower at some point on all days. The wind will also reach at least Force 6 at some point on all days till then. The wind direction will continuously alternate between the West Southwest and West Northwest in the coming days. Whilst no events of excessive rain are likely, it is worth knowing that any isolated showers over the course of this week may be heavy, thundery and with hail at times. Any hail should be small in size. It is not possible to give any indications on when rain is more likely so early. This information will be given on a day-by-day basis. The same goes for wind speed. Decisions on whether a warning should be issued or not will be taken on a daily basis. So far, it appears that the strongest it will be is Force 6/7.
MALTI / MALTESE
L-aħħar mapep jiżvelaw li t-temp instabbli se jkun qed ikompli sa minn ta’ l-anqas tmiem din il-ġimgħa, kaġun ta’ numru ta’ sistemi ta’ pressjoni baxxa li se jkun qed isegwu lil xulxin, waħda wara l-oħra. Għalkemm mhux qed nistennew maltemp intens iżżejjed, qed niddedikaw dan l-aġġornament biex ninfurmawkom dwar x’għandna nistennew rigward temp għal jiem li ġejjin. Jidher li għandna nistennew sa minn ta’ l-anqas ħalba waħda ta’ xita iżolata kuljum sa nhar il-Ħadd 13/12. Sa nhar il-Ħadd 13/12 ukoll, ir-riħ se jilħaq minn ta’ l-anqas Forza 6 f’xi ħin fil-jiem kollha. Ir-riħ se jkun qed ivarja kontinwament fid-direzzjoni bejn Punent Lbiċ u Punent Majjistru għal dawn il-jiem. Għalkemm l-ebda episodju ta’ xita eċċessiva ma jidher li se jaħkimna, sew tkunu tafu li l-ħalbiet tax-xita iżolati jistgħu jkunu qawwijin, bir-ragħad u silġ kultant. Is-silġ għandu jkun ta’ daqs żgħir. Mhux possibli li nipprevjenu bl-eżatt il-ħinijiet li fihom se tkun qed tagħmel ix-xita. Dak jingħad ta’ kuljum fl-aġġornament għal l-għada. L-istess nistgħu ngħidu għal qawwa tar-riħ. Deċiżjonijiet dwar jekk tinħariġx twissija jew le jittieħdu ta’ kuljum. Sa issa jidher li aktar li se jkun qawwi r-riħ huwa Forza 6/7.
0 comments
Write a comment