An incursion of cool air from mainland Europe will penetrate the central Mediterranean over the weekend. This will bring a noticeable change in the local weather situation from Saturday 04/07 onward. For at least one week, daytime highs will be limited to the level of 29°C / 30°C. Nighttime lows will remain warm, averaging 23°C. As the cooler and drier air comes to settle over the very warm central Mediterranean sea, instability will arise. Colder air in the upper levels of the atmosphere increases instability. This is because the warmer air at ground level, being lighter and more buoyant, tends to rise. This vertical movement cools the rising air, causing the moisture within to condense and form clouds. As a result, some days should be cloudier. The initial contact between the different air masses will generate a strong to very strong Northwest wind across our region. Gusts of up to Force 8 may occur from late in the afternoon on Saturday 04/07 till early in the morning on Sunday 05/07. Winds will be calmer from then on.

Although still unconfirmed, long-term maps suggest we may not have 32°C + temperatures again before the final week of July.

Inkurżjoni ta’ arja friska minn fuq l-Ewropa se tippenetra ċ-ċentru tal-Mediterran matul tmiem il-ġimgħa. Din se twassal għal tibdil notevoli fis-sitwazzjoni tat-temp lokali minn nhar is-Sibt 04/07 ‘il quddiem. Għal minn ta’ l-anqas ġimgħa, l-ogħla temperaturi se jkunu limitati għal livelli ta’ 29°C / 30°C. L-anqas billejl se jibqgħu relattivament sħan, fil-livell ta’ 23°C. Hekk kif din l-arja friska u niexfa se tgħaddi minn fuq il-baħar sħun madwar iċ-ċentru tal-Mediterran, se tinħoloq instabilita’. Arja kiesħa fil-livelli għoljin ta’ l-atmosfera twassal għal instabbilita’. Dan minħabba t-tendenza li arja sħuna, peress li hija eħfef, titla ‘l fuq. Din l-arja tiela tiksaħ u l-fwar li tkun qed iġġorr jikkondensa fi sħab. Għal din ir-raġuni, xi jiem se jkunu b’aktar sħab. Il-kuntatt inizzjali bejn dawn il-masses ta’ arja b’temperaturi differenti se joħloq kunflitt. Dan se jiġġenera riħ qawwi mill-Majjistral madwar ir-reġjun tagħna. Buffuri ta’ Forza 8 mistennija jkunu possibbli minn tard wara nofsinhar is-Sibt 04/07 sa kmieni filgħodu l-Ħadd 05/07. Ir-riħ se jkun aktar kalm ‘il quddiem.

Għalkemm għadu mhux konfermat, il-mapep fit-tul qiegħdin jindikaw li jaf ma jerġax ikollna temperaturi ta’ 32°C qabel l-aħħar ġimgħa ta’ Lulju.