A cold front associated with a low pressure system over central Italy will be traversing the central Mediterranean on Sunday 12/05. This year’s Mothers’ Day promises to be a wet and windy one. The main influence of this cold front will be a plunge in air temperature. From a 26 C high on Saturday 11/05, it will struggle to reach 21 C on Sunday 12/05. The minimum temperature will dip to 14 C. That is 3 C lower than the average for this time of year. The crossing of this cold front will also mean a strong wind from the West Northwest to Northwest for the Maltese Islands. It will reach Force 5/6 from around noon on Sunday 12/05 onward. Finally, there is also the chance for some isolated showers. Rain will be possible at any time during the day, with the greatest chance being in the morning and early afternoon. It will be mainly light, but could become briefly heavy and thundery from time to time. Monday 13/05 will see similar weather conditions. It will then become mainly sunny, but remain rather windy, from Tuesday 14/05 onward, as the Maltese Islands face an unstable week.
Front kiesaħ assoċjat ma’ sistema ta’ pressjoni baxxa fuq iċ-ċentru tal-Mediterran mistenni lgħaddi minn fuq iċ-ċentru tal-Mediterran nhar il-Ħadd 12/05. Jum l-Omm jaf ikun wieħed imxarrab u mirjieħ. L-effetti prinċipali ta’ dan il-front kiesaħ hija temperaturi ferm aktar kesħin. Minn l-ogħla ta’ 26 C nhar is-Sibt 11/05, it-temperatura se tbati biex tilħaq 21 C il-Ħadd 12/05. L-anqas temperatura se tkun ta’ 14 C. Dan huwa 3 C anqas mill-medja għal dan iż-żmien tas-sena. Dan il-front kiesaħ se jfisser ukoll riħ qawwi mill-Punent Majjistru għal Majjistral għal-Gżejjer Maltin. Dan se jilħaq Forza5/6 minn madwar nofsinhar tal-Ħadd 12/05 ‘il quddiem. Fl-aħħar nett, se jkun hemm iċ-ċans ta’ ħalbiet iżolati tax-xita. Ix-xita se tkun possibli f’kwalunkwe ħin , biċ-ċans ikun l-ogħla filgħodu u kmieni wara nofsinhar. Din se tkun fil-maġġor parti ħafifa, imma taf issir qawwija u bir-ragħad minn ħin għal ieħor. It-Tnejn 13/05 mistenni jkun ikkaratteriżżat minn temp simili. Minn nhar it-Tlieta 14/05 ‘il quddiem, it-temp se jsir il-biċċa l-kbira xemxi, imma jibqa ferm mirjieħ, hekk kif il-Gżejjer Malti qed jiffaċjaw ġimgħa ta’ temp instabbli.
0 comments
Write a comment