ENGLISH/INGLIŻ
The persistent anticyclone that brought uninterrupted warm and dry weather to the Maltese Islands since early October will move away. The meteorological situation around the central Mediterranean is set to switch. A cold front associated with an intense low pressure system over central Italy will move into our area in the night between Friday 4th November and Saturday 5th November. This will be followed by successive troughs of low pressure that will remain stationary over our region till late on Sunday 6th November. What are we expecting this weekend?
Temperature: It will drop drastically with the arrival of the cold front. With a daytime high of 17°C and nighttime low of 13°C, Saturday will be the coolest day in months. The strong wind will push real-feels even lower.
Rainfall: A thundery shower possibly heavy and with hail will be associated with the cold front that should reach the Maltese Islands at some point overnight or early on Saturday. The wind will also strengthen rapidly around this time. This initial intense shower will be followed by a series of isolated rain and/or hail showers that will persist till mid-afternoon on Sunday. We should be receiving a decent amount of rainfall.
Wind: The South Southwest wind will strengthen gradually on Friday, becoming Force 6 to 7 by late evening. The wind direction will shift rapidly to the Northwest with the arrival of the cold front. It will also strengthen rapidly at this point, and should reach Force 7 to 8. The wind will remain at Force 7 to 8 till late morning on Sunday, before decreasing gradually to become Force 3 to 4 by late evening on Sunday.
Frequent updates will be posted on our page.
MALTI / MALTESE
Antiċiklun persistenti li ġabilna temp sħun u niexef sa mill-bidu ta’ Ottubru se jisfaxxa fix-xejn. Is-sitwazzjoni meterjoloġika madwar iċ-ċentru tal-Mediterran se taqleb drastikament. Front kiesaħ abbinat ma’ sistema intensa ta’ pressjoni baxxa fuq iċ-ċentru ta’ l-Italja se jgħaddi mill-inħawi tagħna matul il-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa 4 ta’ Novembru u s-Sibt 5 ta’ Novembru. Din se tkun segwita minn serje ta’ sistemi oħra li se jkunu stazzjonarji fuq l-inħaw tagħna sa tard il-Ħadd 6 ta’ Novembru. X’qed nistennew għal tmiem il-ġimgħa?
Temperatura: Din se tonqos drastikament mal-wasal tal-front kiesaħ. B’temperatura massima ta’ 17°C u dik minima ta’ 13°C, il-jum tas-Sibt se jkun l-aktar frisk f’xhu twal. Ir-riħ qawwi se jagħmilha tinħass ferm aktar kiesħa wkoll.
Xita: Ħalba xita bir-ragħad possibilment qawwija u bis-silġ li se tkun abbinata ma’ dan il-front kiesaħ mistennija tilħaqna f’xi ħin matul il-lejl jew kmieni s-Sibt. Ir-riħ se jitqawwa f’daqqa lejn dan il-ħin ukoll. Din ix-xita inizzjali se tkun segwita minn ħalbiet iżolati tax-xita u/jew silġ li se jippersistu sa tard waranofsinhar tal-Ħadd. Qed nistennew ammont ta’ xita sostanzjali.
Riħ: Ir-riħ minn Nofsinhar il-Lbiċ se jitqawwa bilmod matul il-jum tal-Ġimgħa, u se jsir Forza 6 għal 7 sa tard filgħaxija. Ir-riħ se jaqleb f’daqqa lejn il-Majjistral mal-wasal tal-front kiesaħ. Se jitqawwa f’daqqa lejn dan il-ħin u mistenni jilħaq Forza 7 għal 8. Ir-riħ se jibqa Forza 7 għal 8 sa tard filgħodu l-Ħadd, qabel ma jonqos gradwalment u jsir Forza 3 għal 4 sa tard filgħaxija tal-Ħadd.
Aġġornamenti frekwenti se jsegwu fuq il-paġna tagħna.