ENGLISH/INGLIŻ
With an average maximum temperature of 35.0°C and an average minimum temperature of 26.7°C, August 2021 has so far been some 3.5°C warmer than average. Half-way through the month we can safely say that the hottest part of summer is now behind us. Long-term weather maps are consistently showing that no further intense heat waves are to be expected this year. Heat waves are periods of at least three consecutive days with maximum temperatures at 5°C or more than the climate average. Although maximum temperatures are expected be cooler than those recorded over the past few weeks, they are still forecast to reach 33°C / 34°C on the hottest days, and will thus still be above average for the month of August. As was mentioned in several updates, we still can’t see any sign of when rain will return to our shores, although we’re likely to know more about that in the coming week.
MALTI/MALTESE
B’temperatura massima fil-medja ta’ 35.0°C u temperatura minima fil-medja ta’ 26.7°C, Awwissu 2021 sa issa kien 3.5°C aktar sħun minn normal. Wasalna nofs triq f’dan ix-xahar, u sa fl-aħħar nistgħu ngħidu li l-aktar parti sħuna tas-sajf tinsab warajna. Il-mapep tat-temp fit-tul qed jindikaw b’mod konsistenti li ma għandna nistennew l-ebda ‘heat waves’ oħra din is-sena. ‘Heat wave’ hija perjodu ta’ minn ta’ l-anqas tlett ijiem konsekuttivi b’temperaturi massimi ta’ 5°C jew aktar ogħla mill-medja klimatika. Għalkemm jidher li t-temperaturi massimi se jkunu anqas sħan minn dawk li rajna fl-aħħar ġimgħat, xorta waħda qed inbassru li se jkomplu jilħqu 33°C / 34°C fl-aktar jiem sħan, u b’hekk xorta waħda se jibqa jkollna temperaturi ogħla mill-medja ta’ Awwissu. Kif semmejna f’diversi aġġornamenti riċenti, sa issa mhux qed naraw sinjali ta’ l-ewwel xita, għalkemm jaf ikollna ideat aktar ċari dwar din matul il-ġimgħa li ġejja.
Thank you so much for your continued useful and interesting information. I really appreciate it.