We have said several times over the past week, that the first rain may drench the Maltese Islands towards the end of August. Are we still expecting a stormy end to the month? When is the first rain? It is still too early to confirm, but the latest maps indicate that rain showers or thunderstorms are becoming increasingly more possible at some point next week. A low pressure system will be moving across Tunisia and Sicily in the last days of August. If this extends south enough, some rain might indeed reach the Maltese Islands. This low pressure system will affect Tunisia and Sicily from Tuesday 27/08 till Saturday 31/08. If it affects the Maltese Islands, it could be on any of these days. It is also still too early to start talking about potential accumulations. More details will be posted once available.
Għidna kemm il-darba matul din l-aħħar ġimgħa, li l-ewwel xita tista xxarrab il-Gżejjer Maltin lejn l-aħħar ta’ dan ix-xahar. Għadna nistennew tmiem bil-maltemp għal dan ix-xahar? Meta se tkun l-ewwel xita? Għadu kmieni wisq biex wieħed jikkonferma, pero l-aħħar mapep jindikaw li ċ-ċans ta’ ħalbiet tax-xita jew maltempati bir-ragħad xi darba l-ġimgħa li ġejja qiegħed kull ma jmur jiżdied. Sistema ta’ pressjoni baxxa se tkun għaddejha minn fuq it-Tuneżija u Sqallija fl-aħħar jiem ta’ Awwissu. Jekk din tersaq l-isfel biżejjed, taf tmiss lill-Gżejjer Maltin ukoll. Din is-sistema ta’ pressjoni baxxa se taffetwa lit-Tuneżija u Sqallija mit-Tlieta 27/08 sas-Sibt 31/08. Jekk taffetwa lill-Gżejjer Maltin, tista tagħmel ix-xita f’xi waħda minn dawk il-jiem. Għadu kmieni wisq biex nitkellmu dwar kemm nistgħu nistennew xita. Aktar dettalji jinħarġu meta jkollna.
0 comments
Write a comment