ENGLISH/INGLIŻ
June’s here, but the weather is not quite as settled yet. We’re experiencing frequent strong winds, cooler than average temperatures and days with grey skies (and the odd rain shower). This is the result of an anticyclone spanning the British Isles and Scandinavia, coupled with unseasonal zones of low pressure across the central Mediterranean. This meteorological setting deviates zones of instability which originate over the Atlantic to the south, away from northern Europe and towards the Mediterranean region (as shown by the arrows). The sea, which is now much warmer, charges these zone of instability with moisture. As a result, cloudy skies develop. The spatial differences in atmospheric pressure which arise from these systems generate breezy winds. Finally, being of north Atlantic origin, these zones of instability drag cooler air masses with them, causing the many spells of cooler than average temperatures. The anticyclone over the British Isles and Scandinavia will weaken. Meanwhile, the anticyclone which expands to cover the Mediterranean region every summer will strengthen steadily, ensuring the gradual arrival of proper summer weather in the coming weeks.
MALTI / MALTESE
Ġunju wasal imma t-temp bħal donnu għadu ma jridx jissoda. Spiss qed nesperjenzaw riħ qawwi, temperaturi f’livelli anqas mill-medja u xi jiem griżi (b’xi ħalba xita iżolata). Dan it-temp huwa riżultat ta’ antiċiklun mifrux fuq il-Gżejjer Brittaniċi u l-Iskandinavja, flimkien ma’ żoni ta’ pressjoni baxxa mhux staġġjonali madwar iċ-ċentru tal-Mediterran. Din is-sitwazzjoni meterjoloġika twassal biex żoni nstabbli li jorriġinaw fuq l-Atlantiku jiġu mbuttati lejn ir-reġjun tal-Mediterran, lil hinn mit-tramuntana ta’ l-Ewropa (kif indikat mill-vleġġeġ). Dawn iż-żoni ta’ instabbilita’ jiġbru ħafna fwar minn fuq il-baħar ta’ madwarna li issa beda jisħon sew. Riżultat ta’ dan, jifforma aktar sħab. Id-differenza fil-pressjoni atmosferika li tinħoloq kaġun ta’ din l-instabbilita’ ta’ spiss toħloq riħ qawwi. Fl-aħħar minn l-aħħar, dawn iż-żoni nstabbli jġibu magħhom arja aktar friska minn naħa ta’ fuq ta’ l-Ewropa u b’hekk kultant ibaxxu t-temperaturi għal livelli taħt il-medja. L-antiċiklun fuq il-Gżejjer Brittaniċi u l-Iskandinavja se jidgħajjef. Sadattant, l-antiċiklun li ssoltu jespandi u jgħatti r-reġjun tal-Mediterran matul is-sajf se jissaħħaħ bilmod, u b’hekk jimmarka l-wasla gradwali ta’ temp propja sajf matul il-ġimgħat li ġejjin.
0 comments
Write a comment