The wind is set to be quite strong over the next three days or so. A low pressure system will develop over the Gulf of Genoa on Thursday 04/06. This will draw in air from high pressure over Libya. Consequently, a Force 5/6 at times 7 wind from the Southeast will blow across the central Mediterranean from late in the afternoon on Thursday 04/06 till early in the morning on Friday 05/06. A brief interval of calm will follow. Do not let this fool you though. An area of high pressure will form to our west early on Friday 05/06. Simultaneously, a trough of low pressure will develop over Libya. The wind will shift to the Northwest before increasing again. It will reach Force 5/6 at times 7 across the central Mediterranean from early in the afternoon on Friday 05/06 till late in the afternoon on Saturday 06/06. A light and variable wind returns to the Maltese Islands on Sunday 07/06. Airborne fine desert sand could accompany the strong Southeast wind.
Ir-riħ għandu jitqawwa matul it-tlett ijiem li ġejjin. Sistema ta’ pressjoni baxxa se tiżviluppa fuq il-Golf ta’ Genoa l-Ħamis 04/06. Din se tiġbed arja minn roqgħa ta’ pressjoni għolja fuq il-Libja. Kawża ta’ dan, riħ Forza 5/6 kultant 7 mix-Xlokk se jaffetwa iċ-ċentru tal-Mediterran minn tard wara nofsinhar tal-Ħamis 04/06 sa kmieni filgħodu tal-Ġimgħa 05/06. Waqfa qasira ta’ kalma se ssegwi. Tħallux din tqarraq bikom. Roqgħa ta’ pressjoni għolja mistennija tifforma lejn il-punent tagħna kmieni l-Ġimgħa 05/06. Fl-istess waqt, firxa ta’ pressjoni baxxa se tinħoloq fuq il-Libja. Ir-riħ idur Majjistral qabel ma jerġa jżid. Dan se jilħaq Forza 5/6 kultant 7 madwar iċ-ċentru tal-Mediterran minn kmieni wara nofsinhar tal-Ġimgħa 05/06 sa tard wara nofsinhar tas-Sibt 06/06. Riħ ħafif u varjabbli jerġa jasal fuq il-Gżejjer Maltin mill-Ħadd 07/06. Trab fin fl-arja jista jkun assoċjat mar-riħ qawwi mix-Xlokk.
0 comments
Write a comment